Fil-ħarġa tiegħu tal-lum, il-ġurnal ta kuljum Heute semma bi prominenza il-Presepju
Malti bħala wieħed mill-attrazzjonijiet prinċipali marbuta mal-Milied tà din is-sena
fi Vjenna. Dan il- ġurnal ghandu ‘il fuq minn nofs miljun qarrej.
Għexieren
tà eluf tà Awstrijaċi u turisti diġa kellhom l-opportunita li jżuru u jammiraw
dan il-Presepju, li bħalissa qed jigi esebit ġewwa il-Villaġġ tal-Milied li
jinsab fuq il-Kampus tal-Universita ta’ Vjenna.
Il-Presepju kien gie inawgurat mill-E.T. George Vella, President
tar-Repubblika ta’ Malta, flimkien mal-Onor. Owen Bonnici, Ministru
għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u s-Sindku ta’ Vjenna, Michael Ludwig.
Din hija it-tielet darba li
il-Presepju qed jiġi esebit
barra minn Malta wara li kien fil Vatikan fl-2016, f’Bethlehem fl-2017 u l-Belt
Valletta, fl-2018. Din l-esebizzjoni
kienet possibli grazzi għall-inizzjattiva
tal-Ambaxxata Maltija fi Vjenna u id-Direttorat għall-Kultura, bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità għat-Turizmu. Din l-inizjattiva ta’ diplomazija kulturali hi parti mill-isforzi
kontinwi ta’ Malta biex nippromwovu l-kultura Maltija u t-talent tal-artisti
Maltin lil hinn minn xtutna, kellha is-sapport tal-oghla Awtoritajiet fi
Vjenna, li kienu strumentali sabiex jinstab post addattat fil-qalba tà Vjenna
li setà jilqà il-Presepju.
Matul dan l-aħħar xahar li ilu fi Vjenna il-Prespju
ingħata hafna
attenzjoni mill-media. Bosta kienu il-ġurnali,
radjijiet u stazzjonijiet tal-televizjoniji li tkellmu dwar din it-Tradizzjoni
Maltija. Intervisti li saru
mal-Eccelenza tiegħu
il-President Vella ixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali ORF kif ukoll fuq Radju
Arabella, ir-radju partner tal-Villaġġ,
u wiehed mir-radjijiet principali fl-Awstrija.
Il-Presepju jista jibqa jitgawda
mill-pubbliku sa nhar it-23 tà Dicembru 2019
https://pressespiegel.metacommunication.com/v3/clippings/pool/2019/12/20/Fremdenverkehrsamt_Malta_He_20191220_16_632157681912810119424.pdf