Fit-18 ta’
Diċembru, 21 student mill-iskola Sekondarja Ġdida Franġiskana li tinsab Ried im
Innkreis, fl-Awstrija ta’ Fuq, żaru l-ambaxxata ta’ Malta fi Vjenna sabiex
isiru jafu iktar fuq Malta, l-istorja u l- kultura tagħha u fuq ix-xogħol
tal-ambaxxata. Is- sena id-dieħla erbagħtax minn dawn l-istess studenti ser
jivvjaġġaw lejn Malta biex jattendu kors ta l-Ingliż.
Il-grupp ġie
milqugħ mill-Ambaxxatriċi E.T. Natasha Meli Daudey li spjegatilhom
l-importanza ta’ Vjenna bħala sit ta’ għaqdiet internazzjonali kif ukoll
reġjonali, u kif taħdem l-ambaxxata tagħna ma dawn l-għaqdiet biex tiżgura
benefiċċji nazzjonali u internazzjonali. L-Ambaxxatriċi fissret ukoll in-natura
tax-xogħol bilaterali li l-Ambaxxata twettaq biex issaħħah ir-rabtiet ta’ Malta
mal-Awstrija.
Il-Kunsulliera
Alberta Borg spjegat lill-grupp kemm huwa importanti x-xogħol konsulari
mal-Maltin li jgħixu barra jew li jżuru bħala turisti, speċjalment meta
tinqala` xi emergenza jew xi diżastru naturali.
Is-sur Joseph
Debono għamel preżentazzjoni interattiva fuq kif Malta tahdem biex tkun pont
bejn l-Ewropa u l-Afrika u għarraf fil-qosor dwar l- attivita` kummerċjali
f’Malta. L-istudenti tgħallmu wkoll fuq l-istorja għanja tal-gżejjer Maltin
sabiex ikunu f’qagħda aħjar li jifhmu x’qed isostni t-tkabbir ekonomiku kif
ukoll ir-relevanza ta’ pajjiz bhal Malta, li għalkemm gżira żghira għamlet
suċċess bħala stat indipendenti.


