Il-Jum Internazzjonali tal-Ġnus Maqgħuda għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 02, 2020
 
Il-Ġnus Maqgħuda identifikat il-jum tal-25 ta’ Novembru bħala l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa. Data maħruġa mill-Ġnus Maqgħuda turi li minn meta faqqgħet il-pandemija tal-Covid, il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet intensifikat.

L-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska ipparteċipat f’ kampanja internazzjonali inkorraġita mill-Ġnus Maqgħuda, bl-isem ta’ Orange the World- l-oranġjo huwa infatti l-kulur użat sabiex joħloq għarfien fost il-pubbliku rigward din l-isfida u problema li dejjem qiegħda tikber. B’ rabta ma’ dan, l-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska kienet mixgħula bil-kulur oranġjo matul il-lejl tal-25 ta’ Novembru.

F’ dan il-jum ukoll, l-Ambaxxata ta’ Malta ipparteċipat f’ konferenza dwar din it-tema. Il-konferenza li kienet onlajn f’ Moska, u kienet indirizzata mill-membri tad-Duma tal-Federazzjoni Russa, akkademiċi Russi u diplomatiċi.

The Embassy of Malta in Moscow lit in orange during the night of the 25th of November