Moska, 29 t’ Ottubru 2020 - L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russia, Pierre Clive Agius, ipparteċipa f’ avveniment kommemorattiv magħruf bħala “Ir-Ritorn tal-Ismijiet”. Dan huwa l-jum uffiċċjali biex jiġu mfakkra l-vittmi kollha li mietu matul il-kampanji ta’terrur ta’ Stalin. Madwar 30 miljun persuna huma mifhumha li ġew maqtula f’ dawn il-kampanji ripressivi. L-Ambaxxatur Agius poġġa l-fjuri biex jingħatha ġieħ lill-vittmi.
L-avveniment seħħ fil-Mafkar ta’ Solovetsky fil-Pjazza ta’ Lubyanka li hi fiċ-ċentru ta’ Moska u li hi quddiem l-eks Kwartieri Ġenerali tal-KGB.
Din is-sena minħabba l-pandemija, il-kommemorazzjoni kienet imnaqqasa u l-protokolli ta’ saħħa ġew osservati. Normalment, għaldaqstant, il-kommemorazzjoni issir fuq medda ta’ iktar minn jum fejn il-qraba tal-vittmi jimxu sal-mafkar biex jaqraw l-ismijiet tal-vittmi, għalhekk dan l-avveniment ġie mogħti t-titlu ta’ “Ir-Ritorn tal-Ismijiet”.