Il-Kultura u l-Istil ta’ Ħajja Maltija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Fra 07, 2020
 

Moska —  Il-kultura u l-istil ta’ ħajja Maltija huma s-suġġetti f’ intervista li ta l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius, lill-rivista stabilita Prime Travel Magazine. Din l-intervista, bir-Russu, se tidher fl-edizzjoni stampata ta’ Frar.

Fl-intervista, l-Ambaxxatur Agius spjega kif Malta tgħaqqad l-essenza tal-Mediterran. Skontu, Malta mhux biss il-baħar u x-xemx, imma ħafna iktar. L-Ambaxxatur kompla jispjega li Malta hi d-destinazzjoni tal-istaġuni kollha. Destinazzjoni fejn wieħed jesperjenza stil ta’ ħajja unika. Kompla jgħid li Malta għandha kalendarju kulturali għani ħafna matul is-sena. Kemm Malta, kif ukoll Għawdex għandhom numru kbir ta’ lukandi ta’ kwalità li jikkumplimentaw ma’ lukandi boutique u spa. Għalhekk il-prodott Malti jappella ħafna għas-suq Russu. L-Ambaxxatur Agius kkonkluda dwar l-uniċità u l-esperjenza kulinarja ta’ Malta, li għad trid tiġi skoperta biż-żejt taż-żebbuġa, li wisq probabbli huwa l-aħjar żejt taż-żebbiġa fid-dinja, u nbejjed ta’ kwalità għolja ħafna li huma sigriet miżmum.


prime traveler 2020.jpg