Malta, ir-Russja, l-Ewropa u d-Dinja: diskussjoni ma’ studenti Universitarji f’Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mar 05, 2020
 

Moska, 26 taFrar 2020 — Il-Klabb tal-Ingliż tal-Università tal-Finanzi u tal-Liġi ta' Moska (MFLU) stieden lill-Ambaxxatur taMalta fil-Federazzjoni Russa, is-Sur Pierre Clive Agius, biex jiddiskuti r-relazzjonijiet bejn Malta u r-Russja u s-sitwazzjoni fl-Ewropa u fid-dinja, partikolarment id-dgħjufija tas-sistema politika multilaterali.

Id-diskussjoni, li saret fl-Università, ġibdet ħafna interess mill-istudenti li mlew is-sala tal-konferenzi u qajmu diversi mistoqsijiet pertinenti.  L-studenti tkellmu fuq diversi suġġetti fosthom ir-relazzjonijiet storiċi ta’ Malta u r-Russja, il-futur tal-Ewropa u d-dgħjufija tal-ordni multilaterali minħabba deċiżjonijiet unilaterali ta’ xi pajjiżi.

L-Ambaxxatur Agius spjega li l-pożizzjoni taMalta fir-relazzjonijiet internazzjonali hija bbażata fuq tliet elementi importanti ħafna.  L-ewwel element huwa l-qagħda ġeo-strateġika ta’ Malta fiċ-ċentru tal-Mediterran.  It-tieni element huwa l-kontribuzzjoni storika lill-Komunità internazzjonali.  L-aħħar element huwa n-newtralità ta’ Malta.  Din ta’ l-aħħar tfisser li Malta ma għandhix irbit u obligazzjonijiet militari ma’ xi ħadd.

L-Ambaxxatur Agius qal li huwa diffiċli ħafna għall-pajjiżi l-kbar jifhmu lil Malta.  Il-pajjizi l-kbar, qal l-ambaxxatur Malti, jistrieħu ħafna fuq il-forzi u l-qawwiet militari tagħhom.  B’paragun, is-saħħa ta’ Malta huma l-applikazzjoni tal-prinċipji fil-politika tagħha,  l-applikazzjoni tal-liġijiet internazzjonali u fl-osservanza tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Ħafna drabi, l-istorja uriet li Malta kellha ragun fl-argumenti tagħha. 

L-Istudenti esprimew ukoll interess qawwi fl-opportunitajiet tatagħlim tal-lingwa Ingliża f’Malta.  Minħabba dan l-interess, l-amministrazzjoni tal-Università u l-Ambaxxata ta’ Malta se jesploraw possibiltajiet kif jiffaċilitaw l-ivvjaġġar ta’ istudenti Russi lejn Malta biex jitgħallmu l-Ingliż.​


 IMG_6038 (1).jpg



IMG_6040.jpg



IMG_6042.jpg