Lecture fl-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Fra 25, 2020
 

Moska, id-19 ta ’Frar 2020 — L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius, kien guest lecturer tal-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa. Fit-taħdita tiegħu l-Ambaxxatur Agius iddiskuta l-kontribuzzjonijiet ewlenin ta’ Malta mill-Indipendenza sal-lum.  Fost down il-kontribuzzjonijiet, l-ambaxxatur Malti semma l-Liġi tal-Baħar, il-kunċett tal- Wirt Komuni tal-Umanità, l-Istabbiltà tal-Mediterran u l-Migrazzjoni. L-istudenti wrew interess kbir u resqu diversi mistoqsijiet inkluz fuq il-pozizzjoni Maltija fuq it-Tibdil fil-Klima, it-Terroriżmu u r-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta mal-Federazzjoni Russa.

L-Akkademja Diplomatika, li tinsab fil-parti storika ta’ Moska, ġiet stabbilita fl-1934 fl-Unjoni Sovjetika. Minn dakinhar sal-lum, iktar minn 30’000 student iggradwaw.  Ħafna minn dawn l-istudenti laħqu diplomatiċi importanti inkluzi ambaxxaturi straordinarji u plenipotenzjarji. Fost dawn ta’ minn isemmi is-Sjra. Valentina Matviyenko li hija l-President tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa, L-E.T. Kim Dae-Jung, li sa ftit ilu kien il-President tar-Repubblika tal-Korea u li kien ingħata  il-Premju Nobel għall-Paċi u L-E.T. K.K. Tokaev, id-Deputat Segretarju Ġenerali attwali tan-NU.


IMG_5626.JPG 
 


IMG_5636.JPG