Lekċer Dwar Il-Politika Barranija Ta’ Malta F’ Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 28, 2020
 
Moska, 25 ta’ Settembru 2020- Fuq invit tar-Rettur tal-Università tal-Liġi u l-Finanzi f’ Moska, l-Ambaxxatur ta’ Malta f’ Moska, Pierre Clive Agius ta lekċer dwar il-Politika Barranija ta’ Malta mill-Indipendenza. F’ din il-lekċer, l-Ambaxxatur spjega l-kontribuzzjonijiet ta’ Malta lill-Komunità internazzjonali meta saret membru tal-Ġnus Maqgħuda fl-1 ta’ Diċembru 1964. Iffoka wkoll fuq ir-reġjun tal-Mediterran li bħalissa hemm tensjonijiet fil-lvant, kif ukoll il-kunflitt fil-Libja. It-tensjonijiet fil-Mediterran saru kroniċi u jekk se jibqgħu jeskalaw se naraw aktar it-tixrid tad-demm. L-Ambaxxatur Agius qal li s-sens komun u d-djalogu għandhom ikomplu, u jipprevalu fl-interess ta’ kulħadd. 

L-istudenti urew interess qawwi u staqsew fuq diversi temi relatati ma’ Malta u l-Mediterran.

L-Ambaxxatur Agius kien ukoll intervistat mill-istazzjon televisiv tal-kampus tal-Universita’ fuq it-tagħlim tal-Ingliz f’Malta.

Il-lekċer saret fl-Università b’ miżuri stretti u protokolli ta’ saħħa minħabba l-pandemija.