L-Ambaxxata ta’ Malta f'Moska tikkomemora il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, Transfobija u l-Bifobija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 14, 2020
 

Moska, 15 ta’ Mejju 2020 — Il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija huwa fis-17 ta’ Mejju.  L-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska qegħda tikkommemora dan il-jum billi tellgħet il-bandiera bil-kuluri tal-qawsalla fid-daħla prinċipali tal-Ambaxxata, maġenb il-bnadar tal-Unjoni Ewropea, ta’ Malta u tal-Federazzjoni Russa.  Is-sala ġiet ukoll mdawla bl-ilwien tal-qawsalla.

Dis-sena, is-17 ta’ Mejju jsib lid-dinja konfinata minħabba l-COVID-19. Il-COVID-19, pero’,  ma kkonfinatx it-tbatija ikkawżata mill-omofobija, it-transfobija u l-bifobija.

Dis-sena, il-kriżi tal-COVID-19 tefgħet iktar dawl fuq temi li jolqtu l-persuni LGBTI u l-vulnerabilità tagħhom għal vjolenza, il-qgħad, il-faqar u li jisfaw mingħajr dar.

Minkejja dan, aħna għandna nassiguraw li r-rispons tagħna tonora d-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem ta’ kulħadd mingħajr diskriminazzjoni.

Ħadd ma għandu jitħalla lura, u l-ebda dritt uman m’għandu jiġi injorat.​


IMG_6874.jpg 
 

IMG_6878.jpg