Diplomazija Diġitali Kulturali

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Apr 22, 2020
 

Moska, 22 t’ April 2020- Il-COVID-19 ikkonfinat il-ħajja f’ ambjent ta’ ġewwa l-bini. L-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska, bħal ħaddieħor kellha taddatta għal din ir-realtà u attitudni. Bi sforz biex tkompli l-viżibilità tagħha f’ Moska u madwar il-Federazzjoni Russa kollha, l-Ambaxxata ta’ Malta issa holqot Youtube Channel fejn huwa intenzzjonat li jibda jxandar filmati qosra kull ġimgħa.

Dawn il-filmati se jibdew jintwerew kull nhar ta’ Ħamis fil-ħdax ta’ filgħodu, ħin ta’ Moska. Il-fimati se jiffokaw fuq il-letteratura u l-lingwa Maltija, ix-xena tal-arti kontemporanja Maltija, l-istorja ta’ Malta u l-gastronomija. Se jkunu mxandra kemm bil-Malti, kif ukoll bir-Russu.

Ambaxxatur Agius se jkun qiegħed ukoll jipparteċipa f’ serje ta’ lekċers diġitali kulturali organizzati mil-Librerija Federali tal-Lingwi Barranin f’ Moska.