Tislima virtwali għall-istudenti Russi tal-Erasmus Mundus

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 03, 2020
 

Moska, 25 ta’ Awwissu 2020 - L-Ambaxxata Maltija għall-Federazzjoni Russa ngħaqdet virtwalment ma’ studenti Russi li rċivew boroż ta’ studju tal-Erasmus Mundus Joint Master Degree 2020, hekk kif bdew iħejju biex imorru jistudjaw fil-ħafna universitajiet tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Universitá ta’ Malta. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll alumni tal-Erasmus. Din kienet l-ewwel darba li l-avveniment seħħ virtwalment, u dan minħabba l-pandemija. L-Ambaxxata kienet irrappreżentata minn Karl Xuereb, il-Konslu fl-Ambaxxata Maltijja, li fl-intervent tiegħu awgura lill-istudenti u ħeġġiġhom jagħmlu l-aħjar mill-ħin tagħhom fl-Ewropa billi jipparteċipaw f’attivitajiet kulturali u soċjali.

L-istudenti Russi huma fost l-ogħla benefiċċjarji globali tal-boroż ta' studju Erasmus+.

 ​Erasmus pre-departure event.jpg
IMG_0163.JPG