Waħda mill-aktar tradizzjonijiet tal-Milied apprezzata f’ Malta hu l-presepju li issa jinsab ukoll fil-Konsulat ta’ Malta f’ Moska, il-kapitali tal-Federazzjoni Russa.
Il-presepju iddekora t-tieqa ewlenija tal-Konsulat fi Triq Donskaya f’ Moska. Għal pubbliku ġenerali dan iktar jiġbed l-għajn, li jinkludu għadd ta’ studenti li jattendu l-università fl-akwati tal-Konsulat. Kull min jgħaddi jista’ jarah f’ kundizzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà korretti. Id-deskrizzjoni tal-presepju tradizzjonali hi wkoll bir-Russu u bl-Ingliż.
Il-presepju kien maħdum mid-diplomatċi Maltin u huwa kompletament magħmul minn materjal riċiklat.
