Maratona ta’ 24 siegħa fuq Webinar għall-istudenti

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 08, 2020
 


L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russia, Pierre Clive Agius kien mistieden ta’ unur għall-maratona ta’ webinar ta’ 24 siegħa għall-istudenti Russi li qed jaħsbu biex jistudjaw barra. Il-maratona ta’ webinar kienet organizzata mill-Students International.

 

Fid-diskors inawgurali, li l-Ambaxxatur wassal mill-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska, qal li s-sitwazzjoni tal-pandemija ta’ bħalissa hija biss fażi li se tintemm fiż-żmien li ġej. Minħabba s-sitwazzjoni, l-istudenti kellhom ħafna opportunitajiet biex jiżvilluppaw lilhom infushom. L-Ambaxxatur inkoraġġixxa l-istudenti biex iħarsu lil hinn mill-monotonija tal-iżolamenti u biex jibdew joħolmu fuq futur fejn u meta se jkunu atturi ewlenin.

 

L-Ambaxxatur Agius qal li Malta hi qed tipprepara b’ mod enerġetiku għal wara l-COVID-19 meta l-istudenti Russi se jkunu milqugħa għal darb’ oħra biex jitgħallmu l-Ingliż u possibilment japplikkaw biex jidħlu fl-Università ta’ Malta.

 

Il-Webinar fetaħ is-Sibt 6 ta’ Ġunju f’ nofsinhar u spiċċa jum wara, il-Ħadd 7 ta’ Ġunju u kien aċċessibbli permezz tal-media soċjali.​

 IMG_3017.jpg
IMG_3025.jpg