Malta tipparteċipa fiċ-Ċerimonja tal-Jum Novembrin tat-Tifkira f’ Delhi, l-Indja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 23, 2020
 
Nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fi New Delhi, l-Indja, l-E.T. Reuben Gauci, ipparteċipa fiċ-Ċerimonja tal-Jum Novembrin tat-Tifkira, liema ċerimonja saret fiċ-ċimiterju tal-Gwerra f’ Delhi, l-Indja sabiex tikkommemora lil dawk s-suldati li mietu fiż-żewġ Gwerer Dinjija u l-Kunflitti li seħħew wara. Iċ-ċerimonja ġiet organizzata mill-Kummissjoni Għolja Brittanika fl-Indja, li bħalissa tinsab immexxija mill-Aġent Kummissarju Għoli, is-Sa Jan Thompson OBE.

Iċ-ċerimonja inkludiet diskors qasir minn Kappillan tal-Armata, kif ukoll talb li ma kienx affiljat ma’ reliġjonijiet partikulari. Fi tmiem din iċ-ċerimonja, il-Kummissarju Għoli Malti poġġa kuruna ta’ fjuri f’ isem il-Gvern u l-Poplu tar-Repubblika ta’ Malta sabiex tiġi onorata  t-tifkira tas-suldati li ħallew ħajjithom.

High Commissioner Reuben Gauci placing flowers on the Delhi War Cemetery

High Commissioner Reuben Gauci participating in the Remembrance Day Ceremony at the Delhi War Cemetery