Bejn l-24 ta’ Diċembru 2020 u s-27 ta’ Diċembru 2020,
il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika ta’ Malta fi New Delhi, l-E.T. is-Sur
Reuben Gauci, akkompanjat mill-mara tiegħu, Dott Olga V. Gauci , bintu, is-Sa Alisa
Gauci, u t-Tieni Segretarju responsabbli mill-Affarijiet Kulturali fi ħdan
il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Indja, is-Sa Eugenie Megally, għamlu vjaġġ
lejn Kolkata ( Kalkutta) f’ Bengal tal-Punent u Dumka f’ Ġharkhand.
Fl-ewwel waqfa li kellu l-Kummissarju Għoli kienet fil-Belt
ta’ Kolkata, nhar Lejlet il-Milied, fejn id-delegazzjoni iltaqgħet mar-Reliġjuż
Malti, Bro. Karmenu Duca mill-Kongregazzjoni ta’ Santa Madre Teresa (
il-Missjunarji tal-Karita’). Bro. Karmenu Duca akkompanja lill-Kummissarju
Għoli u lid-delegazzjoni tiegħu fuq il-Qabar ta’ Madre Teresa li jinsab fid-Dar
Matriċi tal-Missjunarji tal-Karita’, liema kunvent huwa immexxi
mis-sorijiet, kien li kien iservi ta’ dar
ta’ Madre Teresa waqt ħajjitha. Il-Kummissarju Għoli Malti, kien l-ewwel
persuna li ġie milqgħuha f’ din id-dar Mattriċi minn meta beda l-għeluq fl-Indja f’ Marzu
tal-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID19. Huwa poġġa bukkett fjuri fuq
il-Qabar ta’ Madre Teresa f’ isem il-Gvern u l-Poplu ta’ Malta.
Bro Karmenu Duca serva ta’ Għalliem f’ Malta lejn
tmiem is-snin tmenin. Huwa imbagħad ħalla Malta u serva f’ diversi postijiet
bħala Missjunarju f’ Los Angeles, Kalifornja fl-Istati Uniti tal-Amerka kif
ukoll fl-Amerka t’ Isfel fost l-oħrajn. Bro.
Karmenu Duca irritorna biex iservi fil-Belt Indjana ta’ Kolkota, fejn qiegħed
jieħu ħsieb irġiel li huma pożittivi għall-HIV u nisa li jsofru minn mard
mentali. Għalkemm jaħdem f’ sitwazzjonijiet diffiċli, Bro Duca huwa magħruf
minn sħabu l-Brothers bħala persuna kkulurita li ġab miegħu ħafna ferħ
fil-Kumpless fejn jaħdem permezz tal-arti tiegħu ispirata mill-arti Bengaliża.
Aktar tard, il-Kummissarju Għoli Reuben Gauci,
il-familja tiegħu kif ukoll is-Sa Eugenie Megally kienu milqugħa mill-Konslu
Onorarju ta’ Malta f’ Kolkata, is-Sur Ashok Kumar Jhunjhunwala u l-familja
tiegħu.
Nhar Jum il-Milied, il-Kummissarju Għoli u
d-delegazzjoni tiegħu imbarkaw fuq vjaġġ ta’ seba’ sigħat bil-karozza minn
Kolkata għal Belt ta’ Dumka, li tinsab fl-Istat ta’ Ġharkhand. F’ Dumka id-delegazzjoni
kellha l-pjaċir li tiġi milqugħha minn Sr. Emanuela ( Emanuel ) Borg ( magħrufa bħala taż-Żundajru ),
Fr. Paul Aquilina SJ, Fr. Joseph Gauci Sacco SJ u s-Sa. Marcette Buttigieg, kollha missjunarji
Maltin fl-Istat ta’ Ġharkhand. Sr. Emanuela Borg ( Soru tal-Karita’),
Fr. Paul Aquilina SJ u
Fr. Joseph Gauci Sacco SJ (
Ġiżwiti ) ilhom l-Indja għal aktar minn sittin sena. Huma
waslu lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u qattgħu ħajjithom jgħallmu lil dawk anqas
privileġjati, kif ukoll jieħdu ħsieb nies indiġeni fir-Reġjun magħruf bħala Adivasi. Is-Sa Marcette Buttigieg ilha l-Indja għal
aktar minn erbgħin sena tieħu ħsieb nies morda u nies bi bżonnijiet speċjali
waqt li
introduċiet teknoloġiji ġodda u metodi ġodda edukattivi lil kommunitajiet li
jibqgħu mhux konnessi tajjeb ma’ bliet metropolitani.
Dawn l-erba’ persuni Maltin huma l-aħħar Missjurnarji ta’ nisel Malti li
għad fadal f’ Dumka. Matul is-snin huma rrnexxhielhom jitgħallmu l-ilsna
tribali : Santali, Bengali u l-Hindi. Xogħolhom u d-dedikazzjoni tagħhom, kif
ukoll l-isforzi bla qies li għamlu, huma ta’ ispirazzjoni kbira.
Il-pijunieri tal-Missjoni qalb is-Santal sa mill-1920, kienu
prinċiparjament il-Ġiżwiti Maltin, flimkien ma’ numru żgħir ta’ Missjunarji minn
pajjiżi Ewropej oħra. Matul dan id-deċenju, il-Belt żgħira ta’ Dumka laqgħet
ukoll lil Malta Mission Fund, Organizzazzjoni Kattolika lajka , li flimkien mal-Ġiżwiti
għenet fil-bini ta’ skola u ta’ dormitorju għal studenti bniet. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Malti iffinanzja ground tal-Basketball fl-2014.
F’ din l-ewwel żjara ta’
Kummissarju Għoli Malti lil Kommunita’ Maltija f’ Dumka, dawn ir-reliġjużi
Maltin kellhom il-pjaċir li jaqsmu Quddiesa flimkien nhar l-għada tal-Milied,
26 ta’ Diċembru 2020, flimkien mal-Kummissarju Għoli u d-delegazzjoni tiegħu u
b’hekk ħadu rikonoxximent għax-xogħol fejjiedi tagħhom u s-saħħa li wrew matul
deċenji ta’ servizz li huma taw lill-proxxmu.