L-Ambaxxatur Reuben Gauci jippreżenta l-Kredenzjali fin-Nepal

L-Ambaxxatur Reuben Gauci jippreżenta l-Kredenzjali fin-Nepal

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 01, 2021
 
Nhar il-Ġimgħa 22 t’Ottubru 2021, l-E.T. Reuben Gauci ppreżenta l-Kredenzjali bħala Ambaxxatur ta’ Malta għan-Nepal, lill- President tan-Nepal, l-Onorevoli Sa Bidya Devi Bhandari ġewwa l-Palazz Presidenzjali fil-Kapitali Nepaliża ta’ Kathmandu. Huwa kien akkompanjat mill-mara tiegħu, Dott Olga V. Gauci u l-Konslu Onorarju ta’ Malta fin-Nepal, is-Sur Dinseh Shrestha.

 

L-E.T. Reuben Gauci qiegħed iservi bħala l-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja. Huwa vvjaġa lejn Kathmandu, in-Nepal fil-perjodu 20-24 t’ Ottubru 2021 sabiex jippreżenta l-Kredenzjali minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Indja hija akkreditata ukoll bħala l-Ambaxxata ta’ Malta għal pajjiż ġar tan-Nepal.

 

Matul din iż-żjara, l- Ambaxxatur Gauci iltaqa’ wkoll mas-Segretarju Permanenti tal-Affarijiet Barranin tan-Nepal , l-E.T. Bharat Raj Paudyal, kif ukoll mal-Ambaxxatriċi tal-Unjoni Ewropea għan-Nepal, l-E.T. Nona Deprez. Huwa ltaqa’ ukoll ma’ ġurnalisti Nepaliżi u qasam magħhom ħsibijiet fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u n-Nepal. Iltaqa’ ukoll ma’ negozjanti u imprendituri Nepaliżi fejn iddiskuta il-potenzjal ta’ kummerċ bejn in-Nepal u Malta.

 

Malta u n-Nepal stabblixxew ir-relazzjoniet diplomatiċi ta’ bejniethom nhar il- 25 ta’ Settembru 1983. In-Nepal huwa pajjiż magħluq bl-art u jinsab fl-Asja, fil-Muntanji Ħimalajas. Bħalissa madwar 2000 ħaddiem Nepali jinsabu jaħdmu f’ Malta.

 

L-Ambaxxatur Reuben Gauci wera l-apprezzament tiegħu lill-Konslu Onorarju ta’ Malta fin-Nepal , is-Sur Dinesh Shrestha u rringrazzjah għax-xogħol li għamel għall-Malta fin-Nepal sa minn meta ġie appuntant bħal Konslu Onorarju fis-sena 2008. Huwa awguralu aktar snin ta’ ħidma fejjieda. ​

H.E. Reuben Gauci presented credentials as Malta’s Ambassador to Nepal, to the President of Nepal, the Right Honorable Mrs BidyaH.E. Reuben Gauci in a meeting at the  Presidential Palace in the Nepalese Capital of Kathmandu