Nhar ir-Tlieta 21 ta’ Mejju 2019, il-Kummissarju Għoli
ta’ Malta fir-Renju Unit, Joseph Cole u l-Kummissarju Gholi tas-Seychelles
iffirmar Memorandum ta’ Ftehim għat-twaqqif ta’ konsultazzjonijiet bilaterali
politiċi bejn Malta u s-Seychelles. L-iffrmar ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim
seħħ fil-Kimmissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra.
L-għan ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim huwa li jitwaqqaf
mekkaniżmu għal konsultazzjonijiet bilaterali regolari f’livell diplomatiku
maħsuba biex irawmu djalogu bilaterali. Il-konsultazzjoniet ser ikopru bosta aspetti
fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, teknoloġiċi u konsolari, kif ukoll f’setturi oħra
ta’ interess komuni.
Il-Memorandum ta’ Ftehim huwa pass ieħor il-quddiem biex intejbu
l-kooperazzjoni bilaterali bejn Malta u s-Seychelles.


