Il-Konsolat Ġenerali ta’ Malta għall-Kanada tikkordina donazzjoni ta’ riżorsi lill-Mużew U Ċentru tal-Arkivji Malti-Kanadiż

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 02, 2020
 
Il-Maltin-Kanadiżi huma kburin li għandhom Mużew dwar l-istorja tal-Maltin fil-Kanada bi kwantita’ kbira ta’ oġġetti u dokumentazzjonijiet  f’Ċentru tal-Arkivji u Librerija. Din l-istituzzjoni Maltija-Kanadiża tinsab fl-Oratorju fil-Kumpless tal-parroċċa Maltija-Kanadiża ta’ San Pawl Appostlu f’żona magħrufa bħala, il-Villaġġ Malti fil-qalba tal-Belt ta’ Toronto, fil-Provinċja ta’ Ontario, fil-Kanada. 

Ix-xahar ta’ Settembru 2020 immarka d-90 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa Maltija-Kanadiża ta’ San Pawl Appostlu f’Toronto.  Il-Konsulat Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta għall-Kanada f’kooperazzjoni mall-istess parroċċa, ried ifakkar dan l-avveniment storiku għall-Maltin-Kanadiżi kollha b’numru ta’ inizjattivi matul il-perjodu ta’ Settembru 2020-2021.  

L-ewwel inizzjattiva kienet donazzjoni ta’ riżorsi lill-Mużew u Ċentru tal-Arkivji Malti-Kanadiż.  Wara laqgħa ta preparazzjoni li saret is-sena l-oħra, inġabret lista ta’ oġġetti bżonjużi għal dan il-mużew u l-Konslu Ġenerali ħadem biex jiġu akkwistati b’permezz ta’ sponsorizzazzjoni. Id-donazzjonijiet akwistati jikkonsistu f’manikini imlibbsin b’kostumi tradizzjonali Maltin, kabinetti għall-fajls, xkaffar għall-eżebizzjoni ta’ xi oġġetti ta’ interess, laminator u ħafna fajls. Barra minn hekk, ġew akkwistati karti li mhumiex magħmulin mill-aċidu biex jiġu ippreservati dokumenti f’ gazzetti qodma, ritratti qodma u affarijiet oħra li jitmermru malajr. It-total ta’ din id-donazzjoni hija ta 3000 Dollaru Kanadiż li ġew sponsorjati minn tliet kumpaniji ġewwa Malta.

Il-Konslu Ġenerali tar-Republika ta’ Malta fil-Kanada, Dr. Raymond C. Xerri, ippreżenta din id-donazzjoni lill-Kuratur tal-Mużew u Ċentru tal-Arkivji Malti-Kanadiż, Richard S. Cumbo  fl-assenza ta’ Charmaine, lill-Kapillan Fr. Mario Micallef u fil-preżenza tal-membri tal-Bord tal-Mużew. Il-Konslu Ġenerali, Dr. Xerri, f’diskors qasir, tkellem dwar l-importanza ta’ istituzzjoni bħal din li tiprovdi xhieda lil ġenerazzjonijiet ta’ Maltin-Kanadiżi preżenti u futuri u tipreserva bond speċjali bejn Malta u l-Kanada. Il-Kuratur Cumbo irringrazzja lill-Konsulat Ġenerali tar-Repubblika ta Malta għall-Kanada u lill-Konslu Ġenerali Dr. Xerri għall-isforzi tagħhom u ta’ din l-inizzjattiva li kienet tant milqugħha u  f’waqtha.

The entrance to the Auditorium of the St. Paul The Apostle Complex in a neighbourhood known as Malta Village in Toronto.

A sign with the wording Malta Village at the Auditorium of the St. Paul The Apostle Complex in Toronto, Canada.

Sign on the entrance of the Maltese-Canadian Museum & Archive Centre in Toronto, Canada.

Consul General Dr Raymond C. Xerri presenting a donation to the Curator of the Maltese-Canadian Museum & Archive Centre.