Il-konslu ġenerali ta’ malta fil-Kanada jirrappreżenta lil malta f’ċerimonja storika li tara l-bidu tal-bini ta’ faċilita’ għall-kura fit-tul speċifikament għall-Maltin, fl-isptar runnymede, fil-villaġġ malti – f’Toronto, il-Kanada

Il-konslu ġenerali ta’ malta fil-Kanada jirrappreżenta lil malta f’ċerimonja storika li tara l-bidu tal-bini ta’ faċilita’ għall-kura fit-tul speċifikament għall-Maltin, fl-isptar runnymede, fil-villaġġ malti – f’Toronto, il-Kanada

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 02, 2021
 

IL-KONSLU ĠENERALI TA’ MALTA FIL-KANADA JIRRAPPREŻENTA LIL MALTA F’ĊERIMONJA STORIKA LI TARA L-BIDU TAL-BINI TA’ FAĊILITA’ GĦALL-KURA FIT-TUL SPEĊIFIKAMENT GĦALL-MALTIN, FL-ISPTAR RUNNYMEDE, FIL-VILLAĠĠ MALTI – F’TORONTO, IL-KANADA

 

Id-Dijaspora Maltija fil-Kanada tgħodd għal aktar minn 147,000 madwar dan it-tieni l-aktar pajjiż fid-dinja. Il-Kanada tospità t-tieni l-akbar komunità Maltija u Għawdxija fid-dinja wara dik tal-Awstralja. Fir-rigward tal-ġenerazzjoni ta’ Maltin u Għawdxin li ġew il-Kanada, l-għadd tagħhom qiegħed gradwalment jonqos iżdà b’rata nqas minnħabba li għadd ta’ persuni u familji Maltin u Għawdxin li għandhom professjonijiet li huma mfiċċija mill-Kanada qed japplikaw sabiex jemigraw, qed jiġu aċċettati mill-Kanada u qed jissettiljaw madwar dan il-pajjiż hekk vast. Il-ħtieġa dejjem tikber għall-faċilitajiet ta’ kura fit-tul ilha tinħass u l-komunità Maltija u Għawdxija fil-Kanada sal-lum kienet l-uniku komunità li kien għadd mà kelliex faċilità ta’ din ix-xorta.

 

Għal diċenji sħaħ il-Federazzjoni Maltija Kanadiża (stabbilità fl-1972) immexxija minn Joe Sherri u oħrajn stinkaw bla heda u mbuttaw sabiex issir din il-faċilità x’imkien fil-qalba tal-komunità Maltija, f’Malta Village.  F’din ‘Malta Żgħira’ fil-qalba tal-Belt ta’ Toronto, issa l-ħolma li ser issir realtà fejn 50 sodda fil-Faċilità għall-Kura fit-Tul ta’ Runnymede fejn ser ikunu speċifikament allokati għall-Maltin-Kanadiżi.  Dawn il-persuni li ħadmu sabiex jinbuttaw dan il-kunċett, iltaqgħu mas-Sinjura Connie Dejak, il-President u CEO Maltija-Kanadiża tal-Isptar Runnymede u li ħabret din l-aħbar storika fil-presenża tal-Premier tal-Provinja ta’ Ontario, Doug Ford u tal-Ministru tas-Saħħa Rod Phillips f’konferenza tal-aħbarijiet li għamlu fuq is-sit.

Il-Konslu Ġenerali tar-Republika tà Malta għall-Kanada, Dr Raymond C. Xerri kien wieħed mill-mistiedna distinti għal din iċ-ċerimonja storika. Kien biss erbgħa snin ilu, f’Mejju tal-2017 meta, Dr Xerri kien ifforma parti minn Delegazzjoni Presidenzjali li żaret il-Kanada u l-Istati Uniti fejn l-ex-President tar-Repubblika tà Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca mhux biss żaret dan is-sit, iżdà aktar importanti f’isem il-Gvern u l-poplu Malti ppreżentat donazzjoni finanzjarja b’risq dan il-proġett, dak iż-żmien kien proġett biss fuq il-pjanti. Minn meta ħa l-ħatra tiegħu fl-Lulju 2019, il-Konslu Ġenerali Dr Xerri ħadem flimkien mall-Federazzjoni Maltija Kanadiża u l-President u CEO ta’ l-Isptar Runnymede sabiex wasalna għal din il-ġurnata hekk storika.



ray.jpg

ray2.jpg