Ħabib ta’ Malta, Ian h. Mitchell jagħmel għotja ta’ pubblikazzjonijiet għall-librerija specializzata maltija Kanadiża fil-konsolat ġenerali tar-repubblika ta’ Malta

Ħabib ta’ Malta, Ian h. Mitchell jagħmel għotja ta’ pubblikazzjonijiet għall-librerija specializzata maltija Kanadiża fil-konsolat ġenerali tar-repubblika ta’ Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 02, 2021
 
ĦABIB TA’ MALTA, IAN H. MITCHELL JAGĦMEL GĦOTJA TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET GĦALL-LIBRERIJA SPECIALIZZATA MALTIJA KANADIŻA FIL-KONSOLAT ĠENERALI TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
​ 

Xi xahrejn ilu, twaqfet Librerija speċjaizzata fl-istorja tad-dijaspora Maltija Kanadija fil-Konsolat Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta għall-Kanada bl-iskop li tassisti akkademiċi u studenti li qiegħed jistudjaw l-istorja dijaspora u dwar l-antentati tagħhom.  Donazzjonijiet ta’ pubblikazzjonijiet, għodda multimedja u mezzi edukattivi ngħataw lill-Librerija.

 

Numru ta’ akkademiċi u studenti f’livelli diversi tal-edukazzjoni fil-Kanada diga’ għamlu użu mir-riżorsi tal-liberija, ġew assisti u noraġġiti mill-Konsolat Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta għall-Kanada sabiex ikomplu jistudjaw aspett jew ieħor tal-istorja tad-dijaspora Maltija Kanadiża.

 

Ian H. Mitchell, persuna li tħobb ferm lil Malta għamlet għotja ta’ pubblikazzjonijiet lil din il-librerija mill-kollezzjoni ta’ kotba dwar il-Gżejjer Maltin li ġabar tul ħajtu.  Il-Konslu Ġenerali, Dr Raymond C. Xerri rringrazzja lil Ian H. Mitchell talli rrisponda għall-appell li għamel Dr Xerri sabiex minn irid jagħmel donazzjonijiet javviċċin lill-Konsulat Ġenerali ta’ Malta u għal din l-għotja u appella sabiex aktar jagħmlu għotjiet simili.


books.jpg

books2.jpg