Jum it-Tifkira ġewwa Alġiers

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 26, 2020
 

Minkejja ż-żieda fil-każijiet ta' Covid 19, fit-8 ta 'Novembru 2018 il-Konsulat Ġenerali tar-Repubblika ta' Malta fl-Alġerija pparteċipa fiċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira fiċ-Ċimiterju tal-Gwerra ġewwa Dely Ibrahim f'Alġer.


Iċ-ċimiterju tal-gwerra ta’ Dely Ibrahim huwa ċ-ċimiterju ewlieni tal-gwerra f'Alġer fejn jinsabu, midfuna suldati ta’ bosta ġnus. Fl-istess ċimiterju hemm il-qabar ta’ mill-inqas suldat wieħed ta’ oriġini Maltija, il-Logutenent Kurunell Mallia tar-Royal Army Ordinance Corps li miet fl-1944.


Waqt ċerimonja qasira inter-konfessjonali li kienet tinkludi talb minn rappreżenanti ta’ twemmin differenti l-Konslu, s-Sur Ivan Vassallo flimkien ma’ dinjitarji oħra poġġa kuruna fil-bażi tal-mafkar b’tifkira tas-sagrifiċċju mogħti mis-suldati ta’ diversi nazzjonijiet matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija.


A photo of the wreath placed by the Consulate General of the Republic of Malta at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.

A photo of the wreath placed by the Consulate General of the Republic of Malta at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.


Mr Ivan Vassallo standing at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.
Mr Ivan Vassallo standing at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.​


A photo of the tombstone of Lieutenant Colonel A. E. Mallia at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.​

A photo of the tombstone of Lieutenant Colonel A. E. Mallia at the Dely Ibrahim War Cemetery in Algiers.​